Tliet persuni huma konfermati mejta u numru ta’ persuni oħra midruba wara li trakk instaq għal fuq folla fil-belt kapitali Żvediża, Stokkolma.
L-inċident seħħ fl-istabbiliment tax-xiri, Ahlens , bil-Pulizija spjegat li l-aċċess għal din iż-żona ngħalaq minnufih. Il-prim ministru Svediż, Stefan Lofven qal li l-pajjiż ġie attakkat u li kollox jindika li kien att terroristiku. Huwa mifhum li persuna ġiet arrestata b’rabta ma’ dan l-attakk.
Persuni li kienu fuq il-post qalu li fi Queen Street, waħda mit-toroq ewlenin, trakk saq għal fuq in-nies.
Huma qalu li ma jafux jekk it-trakk kienx qed jinstaq minn xufier iżda ntebħu li t-trakk kien tilef il-kontroll. Dan filwaqt li l-kumpanija li tagħha huwa dan it-trakk qalet li t-trakk inħataf aktar kmieni matul l-jum.
Fl-istess waqt, partijiet oħra tal-belt ingħalqu għall-pubbliku għaliex saru xi sparaturi.
Mhux magħruf jekk iż-żewġ inċidenti humiex relatati. In-nies preżenti fuq il-post spjegaw li raw minn tal-inqas żewġ persuni mtajjra u għalhekk telqu minn fuq il-post fi stat ta’ paniku. Għadu mhux magħruf kemm weġġgħu nies f’dan l-inċident u jekk kienx hemm vittmi.