Trakk inqered għalkollox wara li nħakem minn nirien f’Birżebbuġa.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-01:00 ta’ filgħodu fl-iscrap yard ta’ Kasparell f’Birżebbuġa meta għal xi raġuni trakk inħakem minn nirien.
Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kkontrollaw in-nirien milli jinfruxa għal vetturi oħra permezz ta’ ħidma sfieqa.
Ħadd ma ndarab f’dan l-inċident.