Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili għaddejjin b’operazzjoni tat-tifi tan-nar hekk kif trakk inħakem fis-Salini.Il-każ seħħ għall-ħabta tas-12:45 fi triq is-Salini direzzjoni lejn in-Naxxar.
Fuq il-post issejħet l-għajnuna tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jikkontrollaw in-nirien.
It-triq bħalissa tinsab magħluqa għat-traffiku bis-sewwieqa huma mwissija biex isibu rotta alternattiva.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej…