Traġedja oħra fl-Italja, din id-darba f’Aquila. Wara t-terremot, il-maltemp u l-valanga li qerdet għal kollox il-lukanda Rigopiano, ħelikopter t’emerġenza ġġarraf propju ftit ‘il bogħod miż-żona fejn bħalissa għaddejja l-operazzjoni ta’ salvataġġ għall-ħmistax-il persuna li għadhom irrapportati nieqsa wara l-valanga. Is-sitt persuni abbord l-ħelikopter tilfu ħajjithom.
Dik li kellha tkun id ta’ għajnuna għal persuna li weġgħet waqt li kienet skiing inbidlet fi traġedja oħra propju fiż-żona li kienet għadha qed tirkupra minn numru ta’ mwiet.
Kelliem għall-Pulizija spjega li ċ-ċpar qed jagħmilha aktar diffiċli biex ħelikopter ikun jista’ jaċċessa ż-żona, li fiha propju seħħet din it-traġedja.