Fl-aħħar sigħat jidher li seħħet traġedja oħra fil-Baħar Mediterran, ’il barra mill-kosta Libjana hekk kif inqalbet dgħajsa oħra li fuqha kien hemm madwar mitt persuna. TGCOM qed tirrapporta li s’issa tilfu ħajjithom madwar tletin persuna u ħamsin oħra ġew salvati minn patrol boats tal-Unjoni Ewropea. Fuq il-post hemm ukoll il-Gwardja tal-Kosta Taljana.
Din hija t-tieni traġedja f’inqas minn 24 siegħa, hekk kif ilbieraħ inqalbet dgħajsa oħra u tilfu ħajjithom ħames immigranti oħra.