Inċident bil-ferrovija ħalla mill-inqas għaxar persuni mejta fl-Italja skont l-aġenzija tal-aħbarijiet Rai. Dan huwa l-ammont ikkonfermat s’issa, li aktarx jiżdied fil-ħin li ġej. Hemm ħafna iktar nies midruba. Għalkemm għadu kmieni, nistgħu nikkonfermaw li m’gemm ebda Malti involut.
L-inċident seħħ meta kien hemm impatt head on bejn żewġ ferroviji fuq l-istess binarju f’Puglia, wieħed ġej minn Andria u ieħor li telaq mill-istazzjon Corato.
https://www.youtube.com/watch?v=5AmVs9nQrcY