Minn tal-inqas 19-il persuna fosthom disat itfal mietu, filwaqt li għexieren oħra ttieħdu l-isptar wara li ndarbu hekk kif żviluppa nar fi blokka fiż-żona ta’ Bronx fi New York.
Qed jiġi rrapportat li n-nar beda minn heater tal-elettriku li kien hemm f’kamra tas-sodda f’wieħed mill-120 appartament li jinsab fit-tieni u t-tielet sular tal-blokka ta’ 19-il sular ta’ akkomodazzjoni soċjali.
F’aġġornament lill-midja, il-Kap tad-Dipartiment tat-Tifi tan-Nar fi New York, Daniel Nigro, qal li d-duħħan infirex mal-blokka kollha hekk kif il-bieb tal-appartament ta’ minn fejn beda n-nar tħalla mitfuħ.
Fil-fatt, il-vittmi nstabu f’kull sular, b’bosta sofrew minn attakki tal-qalb u qtugħ ta’ nifs.
Waqt din l-operazzjoni ta’ salvataġġ kien hemm mal-200 pumpier, b’uħud minnhom jiġru bit-trabi f’idejhom biex isalvawhom minn ħalq il-mewt.