Traċċi ta’ splussivi nstabu fuq il-vittmi tal-ajruplan tal-EgyptAir li ġġarraf fil-Mediterran f’Mejju li għadda.
Stqarrija maħruġa mill-Ministeru Eġizzjan għall-avjazzjoni ċivili qalet li issa se tibda investigazzjoni kriminali fuq it-traġedja tal-Airbus A320.
It-titjira MS804 minn Pariġi lejn Kajr spiċċat fil-baħar fid-dsatax ta’ Mejju, bis-sitta u sittin persuna abbord imutu kollha.
Il-kawża ta’ din it-traġedja għadha mhux ikkonfermata. Intqal li ma saret l-ebda telefonata għall-għajnuna filwaqt li r-recording tal-vuċi żvela li l-piloti tfew nar li nbeda fuq l-istess ajruplan.