Erba’ traffikanti tad-droga salvaw uffiċjali tal-pulizija Spanjoli wara ħabta fuq il-baħar qrib il-kosta ta’ Malaga.
Il-każ seħħ il-Ġimgħa filgħodu meta tliet uffiċjali tal-pulizija mill-Gwardja Ċivili waqgħu fil-baħar Mediterran meta ħabtu ma’ dgħajsa li kienu qegħdin isegwu bħala parti minn operazzjoni kontra t-traffikar tad-droga.
Uffiċjali li kienu fuq ħelikopter li kien qiegħed jieħu sehem ukoll f’din l-operazzjoni talbu lill-erba’ rġiel li kienu fuq id-dgħajsa l-oħra biex jgħinu lill-pulizija hekk kif id-dgħajsa tal-pulizija bdiet tagħqad fil-vojt mingħajr ħadd fi tmun.
Għaldaqstant l-uffiċjali ġew salvati u mill-ewwel arrestaw lill-erba’ rġiel.
Il-Pulizija Spanjola żiedet tgħid li ġabru 80 pakkett bil-ħaxixa mill-baħar li kienu jiżnu madwar 3,000 kilogramma.