Il-Qorti bagħtet il-ħabs traffikant tad-droga wara li ammetta l-akkużi ta’ pussess aggravat ta’ ecstasy u raża tal-kannabis.
Ayman Abul-Ez Mohammed Hanafwa ammetta wkoll li kellu fil-pussess tiegħu pjanti tal-kannabis u li kien jitraffika l-istess droga.
Quddiem il-Maġistrat Aaron Bugeja, Hanafwa qal li huwa kellu l-vizzju tad-droga u kellu bżonn l-għajnuna, u biex ma jintbagħatx il-ħabs fid-dawl li ammetta l-akkużi. Filwaqt li nnutat li r-raġel kien diġa tpoġġa taħt sentenza sospiża, il-Qorti qalet li huwa rema opportunita biex jirriforma lilu nnifsu. Il-Maġistrat semma wkoll kif sitt xhur wara li ngħata ċ-ċans ibiddel ħajjtu, inqabad iwettaq offiżi oħra.
B’referenza għall-emendi riċenti fil-liġi, il-Maġistrat qal li dawn ma jfissrux li issa kollox jgħaddi mingħajr konsegwenzi, filwaqt li nnota li l-akkużat issa jgħix Malta u ma setax jgħix skont kif jidhirlu. Filwaqt li attivat is-sentenza sospiża ta’ sentejn ħabs, il-Qorti kkundannatu sittax-il xahar oħra ħabs, għal total ta’ erbgħin xahar, u multa ta’ elfejn ewro.