Għaxar traffic lights f’Melbourne, l-Awstralja nbidlu. Dan hekk kif il-figura ta’ raġel li normalment naraw fuq dawl aħmar u dawl aħdar meta wieħed juża t-traffic lights biex jaqsam, nbidlu fil-figura ta’ mara. Dan bħala parti minn inizjattiva favur l-ugwaljanza li ġiet introdotta din il-ġimgħa, ftit jiem qabel Jum il-mara.
Intqal li dawn is-simboli fis-soċjetà qed ikomplu jikkontribwixxu għall-inugwaljanzi fis-soċjetà u jsaħħu l-mentalità żbaljata li n-nisa huma inferjuri għall-irġiel.
Iżda minkejja li din kienet inizjattiva favur aktar ugwaljanza, xorta waħda rċiviet kritika hekk kif fi kliem numru ta’ Awstraljani, hija diskriminatorja li wieħed jassumi li l-figura tal-mara għandha tkun waħda li turi figura b’libsa.
Dawn it-traffic lights se jkunu installati għal tnax-il xahar iżda l-kumitat qed għandu l-għan li jagħmel dan it-tibdil wieħed permanenti.