TradeMalta bħalissa tinsab fil-Marokk, tgħin lin-negozji bbażati f’Malta biex jiskopru opportunitajiet ġodda u jsaħħu alleanzi internazzjonali.
Id-delegazzjoni li qed titmexxa mill-Onor. Dr Ian Borg, Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ, huwa magħmul minn sbatax-il intrapriża li ġejjin minn setturi differenti – edukazzjoni u taħriġ, kostruzzjoni, saħħa, konsulenza, manifattura, enerġija rinnovabbli, bejgħ bl-imnut u immaniggjar tar-riskju. Il-Malta Enterprise, l-Università ta’ Malta, l-MCAST, l-Istitut tas-Servizzi Turistiċi u l-Edukazzjoni Malta huma wkoll parti minn din id-delegazzjoni.
Fi stqarrija, Trade Malta qalet li l-Marokk għandu ekonomija li qed tiffjorixxi u dinamika, u ambjent li jiffavorixxi n-negozju. F’dawn l-aħħar snin, ġibdet investiment dirett barrani sinifikanti, għandha suq turistiku li qed jikber u qed tibni infrastruttura moderna. Għalhekk huwa destinazzjoni attraenti għall-investituri Maltin.
Din il-missjoni kummerċjali multisettorjali, li qed isseħħ f’Casablanca, għandha l-għan li tipprovdi lin-negozji bbażati f’Malta l-opportunità li jespandu fi swieq ġodda, jesploraw opportunitajiet ġodda u jsaħħu alleanzi eżistenti.
Aqra Aktar