TradeMalta, il-ftehim bejn il-pubbliku u l-privat iffurmata bejn il-Gvern u l-Kamra Maltija għall-Kummerċ, ingħatat fondi Ewropej biex tiżviluppa pjattaforma tal-għarfien għal negozja żgħar u medji.
Negozji Żgħar u Medji jistgħu jużaw din il-pjattaforma meta jkunu qed jippjanaw l-esportazzjoni u l-aspett internazzjonali tan-negozju tagħhom. Fost oħrajn se jsir studju dwar setturi u swieq differenti, dak li hemm disponibbli bħala eLearning, u l-għodda differenti li hemm biex tkun tista’ tgħin kumpanija tippjana.
Fl-24 xahar li ġejjin, TradeMalta se jkun qed jinvesti fl-ICT, aspetti awdjo-viżivi, riċerka u materjal ieħor li se jkun parti minn din il-pjattaforma. Permezz ta’ dan l-investiment, negozji żgħar u medji Maltin ikunu aktar fuq l-istess livell ta’ negozji bħalhom Ewropej, f’dak li huwa għarfien.