Traċċi tal-kimika valenuża li allegatament intużat fuq il-Kap tal-Oppożizzjoni Russu Alexei Navalny nstabu fi flixkun tal-ilma fil-kamra tal-lukanda li qagħad fiha qabel marad Navalny. Dan ikkonfermawh kelliema għal Navalny wara li kien maħsub li l-attakk fuqu seħħ meta kien fl-ajruport.
Alexei Navalny ilu jingħata l-kura minn Awwissu wara li ħassu ma jiflaħx fuq titjira fis-Siberja. Il-Ġermanja qed tinsisti li huwa kien ivvalenat mill-kimika Novichok.
Il-Gvern Russu ta’ Vladimir Putin qed jaffaċċja akkużi li kien hu wara l-moħħ wara dan kollu, iżda dan kontinwament il-Gvern Russu qed jiċħad li għandu x’jaqsam mal-każ.