Ir-residenti tal-Iklin jinsabu irrabjati għall-inkonvinjent li qed joħloq parkeġġ fi Triq San Mikiel, b’numri ta’ persuni jilmentaw kif it-trabijiet li qed joħorġu minnu wasslu għal sensiela ta’ mard respiratorju tul is-snin. Xi ħaġa li għal snin twal, ilhom jitolbu azzjoni mis-Sindku tal-lokalità iżda dawn l-ilmenti dejjem waqgħu fuq widnejn torox.
Ir-residenti qasmu dawn l-ilmenti mal-midja waqt konferneza ta’ l-aħbarijiet indirizzata mis-Sindku, li matulha kien qed joġġezjona kif art pubblika ingħatat b’encroachment mill-Gvern lill-privat. Dan ifisser li l-Gvern jista jieħu lura din l-art meta jrid. Is-sindku Anthony Dalli qal li jixtieq progġett fejjiedi f’din iż-żona, u b’hekk tinbidel għal park rikreattiv flimkien ma parkeġġ taħt l-art.
Minn naħa tagħhom, ir-residenti qalu li dan il-proġett ilu propost għaxar snin, iżda kien biss issa li s-Sindku qed jilmenta dwar id-deċiżjoni li ttieħhdet. Nuqqas ta’ sinjali tat-traffiku u parkeġġi riservati għar-residenti huma fost il-wiegħdi li qatt ma ġew attwati mis-Sindku tal-lokal, stqarru r-residenti.