Pittura tal-artist Banksy qattgħet lilha nnifisha, eżatt wara l-bejgħ tagħha f’irkant f’Londra.
Ftit wara li nbiegħet għal ftit iktar minn miljun lira sterlina, l-opra tal-arti bit-titlu Girl With Balloon, bdiet nieżla fil-gwarniċ tagħha stess, fejn l-artist poġġa shredder li qatta’ parti sostanzjali mill-istess pittura.
Dawk preżenti kienu maħsuda u sorpriżi b’din il-bawxata tal-artist li jżomm l-identità tiegħu moħbija.
Bawxata, li wħud qed isostnu, possibbilment għolliet iżjed il-valur tal-istess pittura.