Aktar minn 60% tad-dokumenti tal-vot diġà tqassmu lill-elettorat Malti u Għawdxi bl-aktar lokalita’ f’ Malta li fiha tqassmu voti tkun Bormla filwaqt li f’ Għawdex hija l-Għasri. Għalkemm b’ kollox fadal madwar mija u tlieta u tletin elf vot x’ jitqassmu.
Il-Proċess tat-tqassim tal-voti mixi b’ rittmu tajjeb anke meta mqabbel ma’ elezzjonijiet preċedenti kif qal il-Kap tal-Uffiċju Elettorali tal-Partit Laburista Louis Gatt.