Għal bosta persuni li huma midħla sew tal-midja soċjali, żgur mhux forsi li meta jsiefru jkunu dejjem b’għajnejhom miftuħa biex jaraw fejn l-aħjar li jieħdu r-ritratt perfett.
Speċjalment jekk int mudella ta’ Playboy, b’madwar 300,000 segwaċi. Mudella bl-isem ta’ Jaylene poġġiet ritratt tagħha nnifisha għarwiena ħuta wara li telgħet fuq il-muntanja Taranaki fi New Zealand.
Iżda għalkemm ħafna mis-segwaċi tagħha ħadu gost bih, it-tribù lokali Maori ma ħadux gost hekk kif sejħu dan l-att bħala “insensittiv għall-kultura tagħna.”
Dan minħabba li l-quċċata ta’ din il-muntanja hi waħda sagra għat-tribu Maori.
Kelliem bl-isem ta’ Dennis Ngawhare qal li “qisu meta persuna jidħol fil-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan u jinża għarwien u jieħu ritratt.”
Wara li ttella’ r-ritratt fuq il-midja soċjali, kienu madwar 10,000 persuna li għamlu ‘like‘ fuq dan ir-ritratt. Il-mudella hi magħrufa sew għar-ritratti espliċiti tagħha, u għalkemm dan ir-ritratt qajjem agħa, xorta waħda żammitu onlajn.