Ix-Shadow Minister Nazzjonalista Paula Mifsud Bonnici iddeċidiet tpoġġi kliem f’ħalq il-Caritas. Dan fi stqarrija li fiha qalet li “minkejja l-ħafna pompa ta’ Joseph Muscat u l-Ministri tiegħu dwar miżuri lil dawk l-aktar vulnerabbli, l-budget ta’ nhar it-Tnejn li għadda, u li kien indirizzat anke dalgħodu f’konferenza tal-aħbarijiet mill-Ministri Edward Scicluna u Michael Farrugia, jfalli, b’mod konkret, il-Caritas test dwar il-faqar”.
Iżda b’mod totalment kuntrarju għal dak li qalet Mifsud Bonnici, id-Direttur Ġenerali tal-Caritas, Leonid McKay, iddeskriva l-baġit għas-sena d-dieħla bħala pass importanti biex iż-żgħir ikun mgħejjun. “Dan il-baġit niġbru f’sentenza waħda: il-vuċi taż-żgħir qed tinstema’,” qal McKay.
Sewgi l-filmat li fih toħroġ imxejjna għal kollox il-kritika ta’ Mifsud Bonnici.