Il-Kummissjoni Ewropea ħabbret għaxar tibdliliet ewlenin għall-prodotti tat-tabakk mibjugħa fl-Unjoni Ewropea. Dawn il-miżuri se jiġu introdotti fl-2019 għas-sigaretti u għat-tabakk tal-brim u fl-2024 għall-prodotti tat-tabakk oħrajn fl-2024. Se jitkabbru u jsiru obbligatorji t-twissijiet dwar is-saħħa bl-istampi. Is-sigaretti u t-tabakk tal-brim m’għadx jista’ jkollhom togħmiet karatterizzanti, bħal togħmiet tal-mentol, tal-vanilla jew tal-ħelu, li jgħattu t-togħma u r-riħa tat-tabakk.
Il-kliem ta’ fuq il-pakketti tas-sigaretti u tat-tabakk tal-brim dwar il-qatran, in-nikotina u l-monossidu tal-karbonju se jinbidel b’messaġġ ta’ informazzjoni li jwissi lill-konsumaturi li dwar il-kanċer.
Il-pakketti tas-sigaretti jridu jkunu forma ta’ kubu biex ikun żgur li t-twissijiet dwar is-saħħa kkombinati jidhru sew. Mhux se jibqgħu jkunu permessi l-pakketti slim u l-pakketti ta’ forma irregolari.
Biex jinġabar aktar tagħrif dwar l-ingredjenti li jinsabu fil-prodotti tat-tabakk, u dwar l-effetti tagħhom fuq is-saħħa u fuq id-dipendenza, il-manifatturi u l-importaturi tal-prodotti tat-tabakk huma meħtieġa jirrappurtaw dwar l-ingredjenti tal-prodotti kollha li jqiegħdu fis-suq tal-UE permezz ta’ format elettroniku standardizzat.
Is-sigaretti elettroniċi jridu jkunu magħmulin b’mod li t-tfal ma jkunux jistgħu b’xi mod jiftħuhom. Irid ikollhom mekkaniżmu li jiżgura li jistgħu jimtlew mill-ġdid mingħajr ma joħroġ ebda likwidu. L-ingredjenti tas-sigaretti elettroniċi jridu jkunu ta’ purità għolja u jridu joħorġu l-istess ammont ta’ nikotina meta dak li jkun jieħu n-nifsijiet li jkollhom l-istess qawwa u tul.
Saru obbligatorji t-twissijiet tas-saħħa fuq is-sigaretti elettroniċi li jgħarrfu lill-konsumaturi li s-sigaretti elettroniċi fihom in-nikotina u m’għandhomx jintużaw minn persuni li ma jpejpux.
Il-manifatturi tas-sigaretti elettroniċi jridu jgħarrfu lill-Istati Membri b’kull prodott li jqiegħdu fis-suq, u kull sena jridu jirrappurtawlhom dwar il-volumi tal-bejgħ, il-preferenzi tal-konsumaturi u t-tendenzi.