Pass ’il quddiem u tnejn lura.
Hekk ġiet deskritta t-tmexxija ta’ Bernard Grech.
Il-gazzetti tal-Erbgħa kienu mixgħulin bil-ġlied, l-intriċċi u l-firda fil-Partit Nazzjonalista li baqgħet tippersisti anki waqt kampanja elettorali.
Il-Maltatoday kellha tliet artikli li fihom innutat il-ġlied li wassal ukoll għall-irtirar ta’ erba’ kandidati Nazzjonalisti f’daqqa fl-ewwel jum tal-kampanja.
James Debono, magħruf li jgħidha kif iħossha kiteb fuq il-Maltatoday u semma t-terremot fil-Partit Nazzjonalista.
Qal li Bernard Grech ma jistax jistenna li jmexxi l-pajjiż jekk lanqas hu kapaċi jmexxi l-Partit Nazzjonalista.
“For if you can’t keep your house in order, how can you be expected to govern the country serenely?”
L-opinjonista qajjem mistoqsijiet dwar il-ħiliet tat-tmexxija ta’ Grech quddiem l-aħħar kriżi li kompliet tiftaħ fil-beraħ il-qasmiet interni li splodew f’wiċċ Grech fl-agħar żmien possibbli.
Fl-artiklu tiegħu Debono tkellem ukoll fuq il-ħsara li saret fuq id-Deputat Nazzjonalista Mario Galea fejn nies qrib it-tmexxija ta’ Bernard Grech għamlulu ħajtu infern u għajruh bis-saħħa mentali.
Imbagħad l-editorjal tal-MaltaToday spjega li l-kampanja elettorali tal-Partit Nazzjonalista ma setgħetx bdiet agħar.
Bit-titlu ‘Renewal is easier said that done’, l-editorjal jispjega li l-ebda spin politika ma tista’ taħbi t-tensjoni li hemm fid-Dar Ċentrali.
L-editur tal-Maltatoday qal li l-irtirar f’daqqa kien riżultat ta’ ġlied bejn il-fazzjoni ta’ Adrian Delia u Bernard Grech.
“Mario Galea, Clyde Puli, and Kristy Debono – were the result of an ongoing, five-year feud between the Adrian Delia, and Bernard Grech factions within the party.”
L-editorjal innota li l-ispin tal-Partit Nazzjonalista ħadd mhu qed jemminha għaliex tlieta minn erba’ kandidati li rtiraw kienu leali lejn Adrian Delia.
“It is clear that Bernard Grech was wrongfooted, by what seems to be a concerted strategy by Adrian Delia loyalists to throw a spanner into the works.”
L-editorjal temm jisħaq li l-Partit Nazzjonalista mhux biss qed jaffaċċja l-istess kritika tal-elfejn u sbatax, iżda għandu wkoll l-istess uċuh antiki.
Sadanittant Raphael Vassallo sejjaħ is-suppost tiġdid bħala żmien opportun ta’ tpatija għal dawk li kienu wara Adrian Delia fit-tellieqa għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista.
Bit-titlu ‘‘Rejuvenation of the PN? Looks more like ‘payback time’, to me…’, Vassallo sejjaħ l-irtirar f’daqqa tal-erba’ kandidati Nazzjonalisti bħala mass-exodus.
“Mass-exodus – with no fewer than four candidates, all withdrawing from the election on the same day – really was part of a grand, deliberate strategy, to somehow ‘rejuvenate’ that ailing party“
Vassallo qal li l-Partit Nazzjonalisa jixbaħ is-sett ta’ Jurassic Three: Divided Kingdom b’kandidati żgħażagħ, kollha jistennew li jiġu mittiekla ħajjin meta jispiċċaw fi ġlied intern kontra kanditati tal-establishment tal-Partit Nazzjonalista.
“Besides: if the idea really was to reinvigorate the Nationalist Party, by weeding out all the antediluvian dinosaurs, then… well… why does the PN still resemble the set of ‘Jurassic Three: Divided Kingdom’ (complete with young, teenage candidates, all waiting their turn to be ‘eaten alive’ when the infighting begins in earnest?)”