Camerawoman li nġibdet tagħti daqqiet ta’ sieq lill-immigranti ingħatat tliet snin probation għall-imġieba stramba tagħha.
Petra Laszlo kienet qed tiffilmja refuġjati f’Settembru tal-2015, fil-fruntiera bejn l-Ungerija u s-Serbja. Filmat tagħha tagħti bis-sieq lil żewġ persuni huma u jaħarbu ixxokjar id-dinja online, speċjalment għax inqabdet tfixkel tifla żgħira u raġel li kien qed iġorr tarbija.
Laszlo qalet li se tappella d-deċiżjoni tal-Qorti. Il-Imħallef Illes Nanasi qal li l-imġieba tagħha jmur kontra n-normi tas-soċjetà, u ċaħad l-argumenti tal-avukat tagħha, li kienet qed tipprova tiddefendi lilha nfisha.
Fil-Qorti ta’ Szeged fl-Ungerija, il-camerawoman qalet li rat mijjiet ta’ persuni ġejjin lejha, u kienet esperjenza tal-biza’ ħafna. Irrakkontat ukoll li rċeviet theddid ta’ mewt u kienet esposta għal kampanja ta’ mibiegħda fuq il-mezzi soċjali.
Hija tkeċċiet mill-istazzjoni televiżiv N1TV, wara li dan il-filmat dar id-dinja kollha.