Fl-aħħar sigħat Hibernians FC u Birkirkara FC kienu għaddejjin b’negozjati ta’ bdil ta’ plejers li b’kull probabilita jiġu kkonfermati fil-ħin li ġej.
Huwa mifhum li Birkirkara FC talbu għas-servizzi tal-goalkeeper internazzjonali Malti Andrew Hogg li jidher li t-tim minn Raħal Ġdid lesti li jħalluh jingħaqad mal-istripes jekk jakkwistaw lill-midfielder internazzjonali Malti Jake Grech.
Għalkemm in-negozjati mhumiex konklużi, ż-żewġ timijiet mhumiex il-bod milli jilħqu ftehim u jiġi ffinalizzat dan il-bdil.
Jekk dan il-bdil iseħħ, Hibernians FC ser jkunu qed ifittxu goalkeeper ġdid, b’kull probabilita goalkeeper barrani filwaqt li fuq in-naħa l-oħra l-wasla ta’ Hogg tista’ tfisser ukoll li l-goalkeeper Kristijan Naumovski ma’ jibqax iżjed n-numru wieħed bejn il-lasti ta’ Birkirkara F.C.