Il-proġett ta’ Townsquare f’Tas-Sliema għadu kif issottometta pjanti ġodda lill-Awtorità tal-ippjanar flimkien ma’ studji ġodda biex jiġu reveduti l-pjanti kif mitluba mit-tribunal tal-ambjent u l-ippjanar.
Fil-pjanti l-ġodda t-torri li hu propost li jinbena niżel għal għoli ta’ 27 sular; tnaqqis ta’ 11-il sular kif ukoll ġie mmodifikat il-pożizzjoni tiegħu biex ikun hemm aktar wisgħa għal żoni pedonali kif ukoll distanza mill-propjetajiet fil-viċinanzi.
Fl-istess pjanti ġodda hemm ukoll inkluż aktar tħawwil ta’ siġar u modifikar tal-ambjent kif ukoll iż-żieda tal-ġebla Maltija fil-faċċata tal-uffiċċju tat-torri nnifsu biex dan ikun kompatibbli mal-karatteristika lokali.
Saret ukoll enfasi fuq il-proġett tal-ġnien li jdawwar Villa Drago li tmur lura għas-seklu 19 kif ukoll l-addizzjoni ta’ elemnti naturali fuq ħitan vertikali.
Sadanittant, Townsquare appuntaw lil Peter Diacono bħala Kap Eżekuttiv tagħhom kmieni dan ix-xahar li ser ikompli jagħti aktar tiġdid fil-pjanti ta’ dan il-proġett kemm lill-istakeholders u anke lill-pubbliku nġenerali.
Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb mill-uffiċju ta’ Townsquare Project f’Tignè, Sliema jew inkella billi wieħed iżur http://www.townsquare.com.mt
Townsquare ser ikun mkejjen li joffri residenzi, spazji soċjali, bejgħ u kummerċ fejn anke wieħed jista’ jissoċjalizza permezz ta’ ristoranti, kafetteriji, ħwienet tax-xorb, parkeġġ taħt l-art, pjazez miftuħa, ġonna u anke żoni pedonali. Il-Villa Storika bl-isem ta’ Villa Drago se tkun irrestawrata wkoll.