L-istadium il-ġdid ta’ Tottenham Hotspur mhux ser ikun jista’ jintuża ghal loghob qabel tal-anqas l-aħħar t’Ottubru hekk kif is-sistema tas-sigurta mhux tajba bizzejjed sabiex l-istadium ikun certifikat li huwa tajjeb ghal loghob. Dan thabbar mill-klabb minn Londra hekk kif il-loghba kontra Liverpool f’Settembru u dik kontra Cardiff City f’Ottubru ġew trasferit għal Wembley Stadium, l-istadium li fih lagħbu l-logħbiet home Tottenham f’dawn l-aħħar xhur.
Tottenham Hotspur Stadium ser jiġi jiswa lil Tottenham kwazi biljun lira sterlina u ser jkun jista’ jilqa’ fih xejn anqas minn 62,062 spettaturi.
Ic-chairman tal-klabb Daniel Levy qal li din l-aħbar hija wahda diżappuntanti mhux għalihom biss iżda anke għal partitarji kollha. Levy sostna li fis-sigħat li ġejjin ser ikunu qed jiltaqgħu mal-kuntratturi involuti sabiex tiġi stabbilita data ġdida ta’ tlestija.