Novembru tas-sena li għaddiet u Frar ta’ din is-sena kienu l-aktar xahrejn li pproduċew xita.
Dan intqal fi stqarrija maħruġa mill-Uffiċċju Meteoroloġiku fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, rigward is-sena tax-xita 2022 – 2023.
Matul din is-sena niżlu total 544.8mm li hija ftit aktar min-norma.
Frar kien l-aktar xahar li pproduċa xita b’181.6mm filwaqt li Novembru tas-sena li għaddiet pproduċa 151.2mm ta’ xita. Is-seba’ xhur l-oħra tas-sena pproduċew inqas xita minn normi rispettivi.
Il-ħarifa kienet it-tieni l-aktar staġun imxarrab tas-sena b’229.6mm ta’ xita. Novembru kien l-aktar xahar li kkontribwixxa għal dan hekk kif kważi niżlet id-doppju ta’ dak mistenni min-norma klimatika.
Frar ukoll kien wieħed mill-aktar li fih niżlet xita meta mqabbel mal-istess xahar fi snin differenti. L-aktar li niżlet xita kienet bejn it-8 u l-11 ta’ Frar meta pajjiżna ntlaqat mill-maltempata Helios.