Vidjow li qed jidher fuq is-sit soċjali ta’ Facebook juri diversi muturi jaqgħu fil-mina ta’ Santa Venera.
Il-każ seħħ il-bieraħ meta f’temp ta’ tliet minuti skidjaw sitt muturi.
Għalkemm is-sewwieqa qalu li dan kien kaġun ta’ xi diesel li kien hemm fil-mina, persuni oħra ikkumentaw li l-mina tillikja l-ilma.
Oħrajn ġibdu l-attenzjoni li l-persuna li qed issuq il-mutur qabżet fil-karreġjata l-oħra fil-mina u għaldaqstant kisret ir-regoli tat-traffiku.
Kien hemm min ikkumenta li it-tieni persuna riekba fuq il-mutur ma qaflix l-elmu sew.