Bħalma jsir kull sena, il-kamra tan-nar ta’ Santa Marija tal-Imqabba qed tipprepara ghall-ispetaklu tan-nar.
Fost dan, se jkun hemm l-itwal torri ta’ nar li qatt inħadem minn din il-kamra b’tul ta’ 57 metru.One News tkellem ma’ Jason Borg, il-koordinatur ta’ dan l-ispetaklu li spjega ix-xoghol kollu li hemm pjanat.
Spjega li “Għandna prattikament ħarqa ta’ sagħtejn li tibda b’display ta’ mużika fil-bidu. Ħa jkollna l-murtali tradizzjonali imbgħad wara nerġu ngħalqu bil-gran finale. Fl-aħħar fil-pjazza ikollna n-nar tal-art. Fil-wirja pyromużikali se jkollna ħarqa ta’ għaxar t’elef shot, għaxar t’elef element tan-nar diversi li jiffurmaw diversi disinji ġodda kif ukoll ser jaħdmu fuq il-mudell ta’ 57 metru li għandna hawnhekk.”
Is-Sur Borg kompla jispjega il-preparamenti li jirrikjedi spettaklu bħal dan, fosthom sena sħiħa ta’ xogħol.
Borg qal li “Għandek sena sħiħa ta’ xogħol minn tletin volontier li jaħdmu s-sena kollha bi pjanijiet li jibdew mill-bidu tas-sena u jibqgħu ġejjin biċċa, biċċa biex fl-aħħar minn l-aħħar tibni s-set biex tkun tista’ taħraq.”
Intant, din is-sena ix-xoghol ha jsir fuq tema sorpriza ibbażata fuq avveniment internazzjonali li sar din is-sena.