Fil-Mellieħa qed tingħata attenzjoni lil toroq li f’25 sena ta’ Gvern Nazzjonalista sfaw abbandunati u bla attenzjoni ta’ xejn.
Każ partikolari huwa l-pond tal-Mistra li kien qed iċedi ftit ftit u li bħalissa għaddej xogħol ġmielu fejn ġiet maqlugħha l-kisja primarja tal-asfalt biex jittranġaw saħansitra l-pedamenti ta’ dan il-pond.
F’kumment li tella’ l-Membru Parlamentari Clayton Bartolo fakkar li dawn it-tliet toroq: Triq il-Qortin, il-pond tal-Mistra u l-bypass tal-Mellieħa ntesew minn Gvernijiet Nazzjonalista għal 25 sena sħaħ. Bartolo rringrazzja lill-Ministru Ian Borg li qed jieħu ħsieb ix-xogħol infrastrutturali kif ukoll lill-Gvern immexxi minn Joseph Muscat li qed iwettaq dak li ppwiegħed.