Adem Katircioglu, Tork ta’ tletin sena nżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti mixli b’attentat ta’ qtil ta’ raġel u li żamm sikkina m’għonq ieħor f’Paceville.
Fil-Qorti, l-Ispettur Nico Zammit spjega l-każ seħħ fit-tnax ta’ Novembru li għadda, għall-ħabta tal-ħamsa ta’ filgħodu. Hawnhekk intalbet l-assistenza tal-Pulizija wara li daħal rapport li persuna qala’ daqqiet ta’ sikkina u fuq il-post sabu żewġ skieken fil-pussess tal-imputat.
L-ispettur żied jgħid li mill-filmati tas-sigurtà deher ċar li l-imputat ried joqtol lill-vittma.
It-Tork wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.