Tork ta’ 34 sena li jgħix Ħal Luqa wieġeb ħati li ħaraq karozza fl-Imsida.
Il-każ seħħ fis-26 ta’ Frar għall-ħabta tal-ħamsa u nofs ta’ filgħodu, meta il-Pulizija flimkien mal-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, intalbu jassistu fi Triq Clarence, l-Imsida, fuq vettura li kienet qed taqbad.
Fil-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech, ġie spjegat li waqt il-ħruq ma kien hemm l-ebda persuna fil-karozza.
Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispetturi Jeffrey Scicluna u Jonathan Ransley qalet kif it-Tork ikkopera bis-sħiħ mal-Pulizija u ammetta fi stadju bikri u għalhekk ma oġġezzjonatx għat-talba mill-ħelsien tal-arrest.
Il-Qorti talbet lir-raġel jiddepożita €600 u jiffirma fl-Għassa ta’ Ħal Luqa darbtejn fil-ġimgħa sakemm tinqata’ s-sentenza fil-jiem li ġejjin.