Tork ta’ 38 sena ndarab gravi fuq vapur.
Il-każ seħħ dalgħodu, għall-ħabta tas-sitta u nofs ta’ filgħodu meta l-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza fuq vapur li kien jinsab fi triqtu ‘l barra mill-Port Ħieles, f’Birżebbuġa.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li Tork ta’ 38 sena, weġġa’ permezz ta’ ħabel li qabad ma saqajh.
Fuq il-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li niżżlu lir-raġel l-art fejn ġie assistit minn tim mediku u ambulanza ħadet il-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Astrid May Grima ġiet infurmata u ħatret inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin