Mara mill-Marokk qed tkun akkużata bil-qtil tal-maħbub tagħha u li servietu fi platti lil ħaddiema Pakistani.
Il-qtil sar 3 xhur ilu imma ħadd ma nduna qabel ma ħu l-vittma mar ifittxu għaliex ma kienx sema’ aktar b’aħbaru u sab sinna gol-blender.
Kien hemm li sar rapport lill-pulizija fejn il-mara ġiet interrogata u wara tant mistoqsijiet ċediet u qalet li qatlitu minħabba li kien qalilha li ser jiżżewweġ mara oħra.
Hi saħqet li wara relazzjoni ta’ 7 snin ma kinitx qed tistenna li jgħidilha hekk u f’mument ta’ ġenn, wettqet dan il-qtil.