Is-Sezzjoni tal-Immaniġġjar tal-Indirizzi fi ħdan l-Uffiċċju Elettorali tavża lir-residenti ta’: Triq Forrest u Triq Wied Għomor, San Ġiljan, li l-bibien f’dawn it-toroq ingħataw uffiċjalment numri ġodda.
L-avviż ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tal-24 ta’ Jannar, 2020, u jidher ukoll fil-websajt tal-Kummissjoni Elettoral taħt is-sezzjoni ‘Pubblikazzjonijiet’.
Ir-residenti huma mfakkra li huma fl-obbligu tal-liġi li jwaħħlu n-numri l-ġodda u jneħħu n-numri l-qodma sat-tletin jum kalendarju mill-24 ta’ Jannar, 2020.