Tony Zahra ġie kkonfermat mill-ġdid bħala l-President tal-Assoċjazzjoni Maltija għal-Lukandi u r-Ristoranti, l-MHRA, għat-tliet snin li ġejjin.
Dan tħabbar waqt l-64 Laqgħa Ġenerali Annwali tal-MHRA.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Tony Zahra rringrazzja lill-membri tal-fiduċja fit-tmexxija tiegħu u faħħar ix-xogħol tal-Kunsill u l-eżekuttiv għax-xogħol siewi tagħhom.
Intant, George Micallef u Kevin Decesare ġew eletti bħala Viċi Presidenti tal-MHRA, u Vincent Degiorgio bħala Teżorier,filwaqt li Norbert Grixti, Simon De Cesare, Alexandra Pisani, Andy Tanti, Ivan Borg Ferrando, Rosie Grech, Jankarl Farrugia, Neal Debono, Salvatore Piccione, Richard Cleland u Jason Degiorgio ġew eletti bħala membri.