L-eks Prim Ministru Ingliż Tony Blair jinsab Malta fuq żjara privata flimkien ma’ martu.
Tul il-jum mistenni jiltaqa’ mal-Prim Ministru Joseph Muscat u s-Sinjura tiegħu.
L-aħħar li Blair ġibed l-attenzjoni tal-aħbarijiet f’pajjiżna kien fil-kampanja elettorali meta f’messaġġ irrekordjat kien tkellem dwar il-ħiliet tal-Prim Ministru Muscat u bagħat il-messaġġ li kellu jerġa’ jingħata l-fiduċja.