Biex jiddefendi ruħu mill-fatt li ma ddikjarax fid-dikjarazzjoni tal-assi kumpanija ma’ traffikant ta’ droga, id-deputat Nazzjonalista, Tony Abela, qal li din il-kumpanija kellha tkun illikwidata snin ilu.
Tony Abela qal dan fi stqarrija mibgħuta mill-Partit Nazzjonalista b’reazzjoni għall-konferenza tal-aħbarijiet tal-Partit Laburista. Minkejja li Abela qal li talab li l-kumpanija tkun likwidata fl-2006 il-kumpanija għadha reġistrata mal-MFSA sal-lum u minn għada tista’ tinnegozja. Dan mhux biss huwa indikat fuq ir-reġistru tal-MFSA iżda saħansitra kien ikkonfermat fi tweġiba li bagħtilna kelliem għall-istess kumpanija. Ladarba l-kumpanija għadha teżisti kellha tkun iddikjara fid-dikjarazzjoni tal-assi.