L-ewwel impenji tat-tlielaq tar-Royal Malta Yacht Club għas-sena bdew bl-RMYC Winter Sailing Races li kienu jikkonsistu f’erba’ tlielaq mal-kosta u erba’ tlielaq magħrufa bħala inshore race mifruxa fuq erba’ tmiem il-ġimgħa.
It-Tlielaq Kostali saru fil-parti l-kbira matul il-kosta tal-Lvant ta’ Malta u ġeneralment kienu tiġrijiet qosra s-Sibt wara nofsinhar. L-Inshore Races, imsejħa wkoll Round the Cans, saru l-waqt żewgt iĦdud barra l-Ponta ta’ Tigne.
It-tlielaq tul il kosta raw attendenza tajba b’erbatax-il jott jieħdu sehem matul is-serje kollha. Wara l-aħħar tellieqa, TonTon Laferla ta’ Jonathan Gambin ħareġ bħala rebbieħ ġenerali. TonTon rebħu t-tliet tiġrijiet li kkompetew fihom. Fit-tieni post, b’distakk ta’ żewġ punti biss kien Miame Too ta’ Ralph Landwehr, li matul is-serje kollha kellu battalja kontinwa ma’ TonTon.
Daħla sorpriża fit-tielet post kienet Geisha ta’ Stefan Debattista. Kemm Debattista kif ukoll il-jott kienu jikkompetu regolarment fiċ-ċirkwit tal-ibburdjar sa ftit snin ilu iżda dan l-aħħar kienu assenti. Filwaqt li ma tantx qed itellaq lokalment, Debattista, wera li ma tilifx il-kapaċitajiet tiegħu, wara li kkompeta f’diversi edizzjonijiet tar-Rolex Middle Sea Race fl-aħħar snin.
It-tlielaq ħdejn il-kosta, raw ftit inqas parteċipazzjoni iżda madankollu kienu mimlijin azzjoni kompetittiva. Is-serje ntrebħet minn Miame Too ta’ Ralph Landwehr, li rebaħ it-tiġrijiet kollha barra l-aħħar waħda meta ħadlu r-rebħa Charles Cronin bl-ekwipaġġ tiegħu fuq Alecto. Alecto spiċċa fit-tieni post fil-klassifika ġenerali. Juniper ta’ Brian Flahive temm is-serje fit-tielet post b’punti ndaqs ma’ Alecto, madankollu Juniper tilef milli jikseb aktar punti wara li ma ħax sehem fl-aħħar tellieqa.
Klassi SB20
Fi tmiem il-ġimgħa ingħaqdet mal-flotta tal-jottijiet il-Klassi SB20, mal-jottijiet fuq korsa ma tul nhar is-Sibt, u korsa ħdejn il-kosta tal-ponta ta’ Tigne il-Ħadd. Ir-rebbieħa ġenerali tal-Klassi kienu Careful Now, Andreas Bohnsack, Greg Szabo u Guy Baranyay.
Il-premjijiet ingħataw wara tlielaq tal-Ħadd ġewwa r-Royal Malta Yacht Club wara li ġew ippubblikati riżultati uffiċjali mir-Rear Commodore (Sailing) Adrian Gauci Borda.
“Għalkemm l-ewwel xhur tas-sena, normalment ma narawx parteċipazzjoni kbira fit-tiġrijiet tagħna, minħabba li d-dgħajjes kienu għaddejjin bi tħejjija għat-tiġrijiet itwal, l-RMYC Winter Series wriet li kienet popolari b’parteċipazzjoni tajba” irrimarka David Cremona, Commodore tal-Klabb “Dawn it-tiġrijiet tqiesu bħala tħejjija tajba għall-Kampjonati Ewropej ORC li se jiġu ospitati mill-Club aktar tard f’April”
Il-Club irringrazzja lir-Race Management Team immexxi minn Martin Azzopardi u Luca Lacitignola, li kienu assistit minn Michelle Caruana, Maurizio Jacono, Piero Picone u Nikolai Portelli.
L-avveniment li jmiss fuq il-Kalendarju RMYC hija s-Spring Gozo Regatta li tibda fit-30 ta’ Marzu u tispiċċa fit-2 ta’ April.
Aktar informazzjoni jinsab fuq – https://www.rmyc.org/event/2023-rmyc-gozo-regatta/