Tnaqsset is-sentenza fil-konfront ta’ Lowell Fenech ta’ 36 sena li s-sena li għaddiet instab ħati li ġiegħel kelba ssofri bla bżonn u li ma kienx responsabbli tagħha wara li mietet meta waqgħet minn għoli.
Il-każ imur lura għal 2016 u wara li fl-2021 instab ħati, weħel tmintax-il xahar ħabs sospiżi, multa ta’ €10,000 u ġie projbit milli jkollu kelb għal ħmistax-il sena.
Il-Qorti tal-Appell ma qablitx li mhemmx prova li l-kelba ma kinitx tal-akkużat iżda qalet kif ix-xhieda tal-veterinarju m’għandhiex tittieħed inkunsiderazzjoni hekk kif dan ma kienx imqabbad mill-Qorti.
Għaldaqstant il-Qorti tal-Appell qablet mal-ewwel Qorti u sabet lil Fenech ħati iżda qalet li l-piena imposta fuqu mill-ewwel Qorti kienet eċċessiva.
Għal din ir-raġuni l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera naqqset il-multa għal €2,500 u naqset il-projbizzjoni għal Fenech milli jkollu kelb għal ħames snin.