Mill-ewwel ta’ Jannar tal-2020, l-ewwel €100,000 ta’ qligħ jew profitti li jsiru mill-assenjazzjoni ta’ drittijiet miksuba f’termini ta’ wegħda ta’ bejgħ (konvenju) se jkunu intaxxati bir-rata ta’ 15% minflok 35% kif inhi llum.
Din it-taxxa għandha tinġabar min-nutar bħalma tinġabar it-taxxa fuq it-trasferimenti tal-proprjetà.
L-għan tal-Gvern b’din il-miżura hu li jkompli jintroduċi t-taxxi finali miġbura fil-punt tal-kuntratt fuq il-qligħ jew profitti derivati mit-trasferimenti tal-proprjetà.