Il-Qorti għall-Arbitrar tal-isport fl-Iżvizzera naqset is-sentenza tar-Russja biex din ma titħalliex tikkompeti fl-Olimpjadi u fit-Tazza tad-Dinja bin-nofs.
Il-Ħamis ġie deċiż li minflok ma titħalliex tikkompeti għall-erba’ snin li ġejjin, ir-Russja se tkun eskluża biss mill-Olimpjadi f’Tokjo tas-sajf li ġej, u l-logħob tax-xitwa f’Beijing sentejn oħra.
Tul l-2022, ir-Russja mhux se tkun tista’ tikkompeti fl-ebda kampjonat internazzjonali tal-isport.
Dan wara li uffiċjali Russi nqabdu jbagħbsu fid-data tal-abbuż mis-sustanzi tal-atleti.