Is-sena 2018 kienet sena oħra rekord- waħda ta’ suċċess għall-Korp tal-Pulizija. Hekk saħaq il-Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar waqt iċ-ċerimonja tal-unuri li ssir fl-ewwel Ħadd ta’ kull sena fil-Kwartieri Ġenerali tal-Furjana.
Id-distrett tal-Belt u l-Furjana ngħataw unur talli rnexielhom inaqsu l-livell ta’ kriminalita’ bi tlieta u għoxrin fil-mija meta kkomparat ma’ distretti oħra.
Preżenti għal din iċ-ċerimonja kien hemm il-Ministru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia fejn qal li l-kriminalità f’Malta naqset b’14.2% meta mqabbel mas-sena ta’ qabel.
Waqt l-istess ċerimonja, il-Kuntistabbli Simon Schembri ngħata l-unur tal-Uffiċjal tas-Sena. Unur li ntlaqa tajjeb ħafna minn dawk kollha preżenti hekk kif għamlu standing ovation waqt li l-istess uffiċjal ta’ tmienja u erbgħin sena mar sabiex jiġbor il-premju. Apparti minn hekk, is-Sur Schembri ingħata ċertifikat ta’ apprezzament għal xogħolu.