Jidher li l-Partit Nazzjonalista weħel waħda sew fit-traffiku. Dan għaliex mhux biss dam seba’ xhur biex waslu l-proposti short term, iżda dak li suppost qed iħejji l-proposti long term qal li lanqas biss ra l-proposti short term.
Mistoqsi dwar uħud mill-proposti fir-rapport li żvela one.com.mt Tonio Fenech, qal li ma rahomx. Iżda, Tonio Fenech mhux talli suppost daħal fihom talli issa huwa l-bniedem li għandu jagħti s-soluzzjonijiet long term.
F’Jannar li għadda, meta sar magħruf li xtara karozza mill-ministeru jumejn qabel l-elezzjoni, Busuttil kien iddikjara li jridu jsolvi l-problema tat-traffiku b’mod innovattiv. Iżda, jidher li mhux biss mhux qed iħejji pjan fit-tul iżda lanqas qara dak li proponiet Marthese Portelli, li ħafna mid-deputati Nazzjonalisti spiċċaw qrawh fuq one.com.mt u li sa issa xejn ma ntlaqa tajjeb.
Fil-fatt minn 35 proposta, 23 huma kkupjati u l-oħrajn hemm nuqqas ta’ spjegazzjonijiet ċari.
https://youtu.be/i2AOVf7Bmhw