L-eks Ministru Tonio Fenech u l-Viċi-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Beppe Fenech Adami, issejħu biex jidhru quddiem il-kumitat tal-Panama li twaqqaf minn Parlament Ewropew. Il-kumitat, magħruf bħala tal-Panama, qed jinvestiga każi marbuta ma ksur ta’ liġijiet ta’ money laundering u evażjoni tat-taxxa madwar l-Unjoni Ewropea.
Iż-żewġ deputati nazzjonalisti se jissejħu minħabba l-involviment tagħhom f’kumpaniji li ma kinux nieqsa mill-kontroversja. Beppe Fenech Adami kien direttur f’Baltimore Fiduciary li kienet fiduċjarja ta’ Capital One, kumpanija investigata b’rabta ma’ ħasil ta’ flus. Filwaqt li Tonio Fenech huwa direttur ta’ Falcon Funds, każ li ddomina l-aħbarijiet fl-Iżvezja għall-mod kif pensjonanti kienu allegatament vittmi ta’ frodi. Saħansitra l-MFSA għaddiet il-fond f’idejn awdituri indipendenti.