L-eks Ministru tal-Finanzi Nazzjonalista Tonio Fenech ħareġ jattakka u jikkritika l-miżuri tar-rifużjoni tat-taxxa u taċ-ċekk addizzjonali li tħabbru llum mill-Gvern.
Tonio Fenech ta’ GonziPN tqabbad mill-establishment Nazzjonalista u fuq Facebook kiteb li dak li għamel il-Gvern, jiġifieri l-għoti ta’ €70 miljun ewro fil-bwiet tan-nies huwa rresponsabbiltà.
Il-Ministru tal-Finanzi li fi żmienu pajjiżna daħal fi proċedura ta’ defiċit eċċessiv, attakka lill-Gvern li se jżid id-defiċit biċ-ċekk tar-rifużjoni tat-taxxa u billi jgħin lill-familji fi żmien ta’ rkupru mill-pandemija.
Intant il-Partit Laburista rrimarka li dak li għolla l-kontijiet tad-dawl u l-ilma f’livelli rekord, ħareġ jikkritika l-Gvern li qed jinċentiva lill-familji.
Il-Partit Laburista innota li tassew Bernard Grech huwa ankrat mal-passat.