Il-Ħadd sar magħruf li Tonio Fenech jaħdem għall-kumpaniji rreġistrati fil-British Virgin Islands. Iżda sa ftit tal-jiem ilu kien qed jitkaża fil-Parlament kemm din il-ġurisdizzjoni mhix tajba għax sigrieta.
Dan anke jekk hu kien diġa’ involut f’dawn il-kumpaniji li beda jaħdem magħhom wara li spiċċa minn Ministru.
Fil-filmat hawn taħt tista’ tisma’ lil Fenech jitkaża bil-British Virgin Islands. Iżda, b’riħet dawk li jsejjaħ bħala pajjiżi sigrieti Tonio Fenech idaħħal ukoll xi ħaġa fil-but.
https://www.youtube.com/watch?v=hnI_PFEh5_Q&feature=youtu.be
Jirriżulta li kien ftit wara li ma baqax il-Ministru tal-Finanzi, Fenech sar chairman ta’ kumpaniji li s-sid reġistrat tagħha huwa fil-British Virgin Islands. Kumpanija li tagħha Tonio Fenech huwa chairman jisimha Abalone Asset Management u twaqqfet f’Lulju 2015. Din hija reġistrata f’post meqjus bħala ‘tax haven’ fejn xogħol minn Mossack Fonseca, li tissemma f’Panama Papers, isir bil-bosta. Fil-fatt kienu involuti fit-twaqqif ta’ din il-kumpanija Morgan& Morgan, li wkoll jissemmew bi prominenza f’Panama Papers.