Tonio Borg kien deputat tal-Kamra tad-Deputati għal 20 sena (1992 u 2012). Huwa okkupa l-kariga ta’ Kap tal-Kamra tad-Deputati (2004-2012), Ministru tal-Intern, (1995-1996 u 1998-2008) tal-Ġustizzja, (2003-
2008) u tal-Affarijiet Barranin (2008-2012).
Kien Viċi-Kap tal-Partit Nazzjonalista bejn l-2004 u l-2012. Fl-2012 ġie maħtur Kummissarju Ewropew responsabbli mis-Saħħa, kariga li okkupa sal-2014. Wara li spiċċa minn Kummissarju, huwa nħatar mill-Parlament Ewropew bħala membru tal-Bord tal-Amministrazzjoni tal-Aġenzija Ewropea dwar il-Mediċini.
Bejn l-1990 u l-1995, Tonio Borg kien membru tal-Kumitat Prevenzjoni Tortura tal-Kunsill tal-Ewropa. Huwa
ipprattika bħala avukat bejn l-1980 u l-1995 u bejn l-1996 u l-1998 u speċjalizza fil-kamp tad-drittijiet tal-bniedem.
Illum il-ġurnata, Dott Borg huwa lettur residenti dwar id-Dritt Pubbliku fl-Università ta’ Malta fejn għadu kif
illawrja PhD fil-liġi.
Huwa l-awtur ta’ diversi kotba fosthom Nidħqu Bina Nfusna, Hekk Nafhom Jien, Disa’ Kriżijiet, Ġustizzja bi Tbissima kif ukoll ta’ ‘A Commentary on the Constitution of Malta’; l-ewwel analiżi ta-lKostituzzjoni
ta’ Malta artiklu b’artiklu.