Il-Partit Nazzjonalista għaddej bi sforz biex jipprova joħloq kwistjoni mis-suġġett tal-abort anke jekk ebda partit politiku f’pajjiżna ma ddikjara pożizzjoni favur l-abort. Bl-iktar dikjarazzjonijiet ċari favur il-ħajja u kontra l-abort isiru fost l-oħrajn mill-Prim Ministru, Joseph Muscat.
Peró l-ironija fil-kampanja tal-PN hi li l-aħħar politiku ewlieni Malti li ħalla bieb imbexxaq għall-abort kien Tonio Borg. Meta għamel l-eżami għall-Kummissarju Ewropew Borg ma kkundannax l-abort kif mistenni minnu. Meta dakinhar Membri tal-Parlament Ewropew kienu qed jgħafsuh fuq dan is-suġġett u qalulu li kien kontra l-abort Tonio Borg kien qalilhom biss li hu jaġixxi ta’ Kummissjarju Ewropew mhux ta’ Malti.
Dakinhar ma kellux kliem ta’ kundanna. Saħansitra quddiem l-MEPs kien ftaħar li kien ikkritikat f’Malta għax rrifjuta li jikkundanna mara li marret ir-Renju Unit għal abort.