Waqt dibattitu fuq ix-xandir nazzjonali t-Tlieta filgħodu li matulu ġie diskuss it-trasport ta’ pajjiżna, il-kelliem għall-Oppożizzjoni għat-trasport l-Perit Toni Bezzina ma kienx jaf iwieġeb f’liema pajjiżi taħdem is-sistema tat-tramm li qed iwiegħed il-Partit Nazzjonalista fil-manifest tiegħu.
Dan meta il-Ministru għat-Trasport Ian Borg staqsih kemm il-darba għal din is-sistema ta’ tramm li ġiet skartata fl-Awstralja u pajjiżi oħra.
Ian Borg: “Fejn qed taħdem, rajtha taħdem?”
Toni Bezzina: “Hemm perjodu, hemm postijiet jaħdem iva.”
Ian Borg: “Fejn”
Toni Bezzina: “Hemm postijiet ilha taħdem minn 1998 u wara mill-2001”
Ian Borg: “Fejn?”
Toni Bezzina: “Hemm diversi postijiet”
Il-Ministru Ian Borg innota kif il-Partit Nazzjonalista biddel il-verżjoni fil-proposti tiegħu dwar it-trasport.
Huwa tenna, “Soluzzjoni ma takx, fil-fatt tikkonferma li fl-2017, ħames snin ilu biss hu kien imur id-dibattiti, konna niltaqgħu d-dibattiti u kien jiddefendi li t-tramm għandu bżonn ikollu t-track, illum qed jgħidilna track less, illum qed jgħidilna bendy buses version two.”
Fil-fatt waqt id-dibattitu, il-Ministru Ian Borg innota li l-kelliem tal-Oppożizzjoni kien qed jagħmel referenza għat-trasport f’Londra, u fakkar dwar il-fjask tal-bendy buses tal-Arriva.
Borg stqarr, “Qed naralek il-karti ta’ Londra, is-soluzzjonijiet ta’ Londra, anke jekk tawhom pereżempju l-Arup, l-istess kumpanija illi aħna tajna d-direzzjoni biex taħdem fuq it-trasport tal-massa, ma tistax taqbad u tikkuppjahom minn hemmhekk, għaliex dakinhar kien Sindku, llum Prim Ministru u jerġgħu jdaħħku d-dinja bina.”
Imbagħad waslet il-konferma x’irid jagħmel il-Partit Nazzjonalista bit-tramm manifatturata minn kumpanija waħda fiċ-Ċina.
Ian Borg: “L-ewwel ritratt li tellajtu huwa tal-Coast Road, minn fejn għaddej it-tramm? Mhux mis-cycle lane?
Toni Bezzina: “Le mhux mis-cylcle lane”
Ian Borg: “Mhux mis-cycle lane għaddej?”
Toni Bezzina: “Ħa jsir aġġustament”
Ian Borg: “Ħa twessa’?”
Toni Bezzina: “Aġġustament”