Id-Deputat u kandidat Nazzjonalista Toni Bezzina ma weġibx u weħel meta mistoqsi dwar it-tramm li qed iwiegħed il-Partit Nazzjonalista.
Dan meta mistoqsi dwar jekk dan it-tramm hux tal-kumpanija Ċiniża CRRC li kien skarta il-Gvern Awstraljan.
Il-Gvern Awstraljan kien skarta dan it-tramm wara li minn studju li nstab li jiswa ħafna iktar minn dak li qalulhom iċ-Ċiniżi.
Dan filwaqt li t-tramm jagħmel ħsara kbira lit-toroq.
Iżda quddiem dawn il-mistoqsijiet Toni Bezzina, li huwa l-kelliem għat-trasport tal-Partit Nazzjonalista ma lissinx kelma waħda u baqa’ ma jridx jagħti d-dettalji.
ONE News staqsa dawn il-mistoqsijiet waqt konferenza tal-aħbarijiet li fiha l-Perit Toni Bezzina kellu jagħti d-dettalji dwar din il-wegħda iżda malli għamilna l-mistoqsija dwar mingħand liema kumpanija ser jinġieb dan it-tramm, Bezzina żamm kollox mistur.
Dan għalkemm il-ħarsa fuq wiċċu waqt li qed inlissnu l-mistoqsija hija tweġiba minnha nnifisha.
Fl-istess jum li Bernard Grech ħabbar din il-wegħda wkoll spiċċa jvarja u jħawward fil-costing tiegħu dwar din il-wegħda.
Il-mistoqsija dwar il-kumpanija Ċiniża li t-tramm tagħha huwa użat biss f’post wieħed fiċ-Ċina u kien skartat mill-Gvern Awstraljan ħawdet sew lil Toni Bezzina.
Dan tant li spiċċa jlissen li l-proġett ser jiswa tnejn punt tmienja fil-mija.
Fl-istess konferenza, il-kandidat tal-Partit Nazzjonalista Frederick Aquilina spiċċa kkonferma li dwar din il-wegħda tat-tramm bla binarji għamel l-istudji Toni Bezzina nnifsu.